GE Masoneilan 12000 Series Instructions For Installation, Use And Maintenance Manual page 17

Levels installed in potentially explosive atmospheres
Hide thumbs Also See for Masoneilan 12000 Series:
Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
It-tagħmir li għadek kemm xtrajt kien maħsub, immanifatturat u ttestjat
skont ir-rekwiżiti essenzjali tas-sigurtà tad-Direttiva Ewropea ATEX 94/9/KE
(sad-19 ta' April, 2016) u 2014/34/UE (mill-20 ta' April, 2016).
Aqra dawn l-istruzzjonijiet bir-reqqa QABEL ma tinstalla, tuża jew tagħmel
manutenzjoni fuq dan l-istrument.
Prodotti intenzjonati għal installazzjoni f'atmosfera ta' gass potenzjalment
splussiv jew trab li jista' jieħu n-nar iridu:
a) Jiġu installati, jitpoġġew fis-servizz u jinżammu f'konformità mar-
regolamenti nazzjonali u lokali u skont ir-rakkomandazzjonijiet li
jinsabu fl-istandards rilevanti li jikkonċernaw l-atmosferi potenzjalment
splussiv.
b) Jiġu installati, jitpoġġew fis-servizz u jinżammu minn professjonisti
kkwalifikati u kompetenti li jkunu segwew taħriġ adattat għall-
istrumentazzjoni li tintuża f'atmosferi potenzjalment splussivi.
Taħt ċerti kundizzjonijiet ta' tħaddim, l-użu ta' strumenti bil-ħsara jista'
jikkawża degradazzjoni tal-prestazzjonijiet tas-sistema, li tista' twassal għal
korriment personali jew mewt.
Uża biss spare parts ġenwini, li huma pprovduti mill-manifattur, biex
tiggarantixxi li l-prodotti jkunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sigurtà
tad-Direttivi Ewropej imsemmija hawn fuq.
DPI – MASONEILAN jew Dresser Japan Ltd. skont is-sit tal-manifattura.
II 2 G/D, II 2 G, II 3 G/D jew II 3 G skont il-każ (*)
IIA TX, IIB TX, IIC TX jew IIB + H2 TX skont il-każ (*)
Temperatura ambjentali massima, Ta X: ara l-istruzzjonijiet
Tfluwidu: ara l-istruzzjonijiet
Sena tal-manifattura
Numru tas-serje
Nru. tal-File Tekniku
Attenzjoni: riskju ta' ħruġ elettrostatiku. Togħrokx l-uċuħ tal-plastik.
(*) Stabbilit mill-kategorija tal-istrumenti preżenti fl-assemblaġġ.
TX: iċċekkja l-kundizzjonijiet ta' tħaddim tal-livell – ara
l-istruzzjonjiet taħt "INSTALLAZZJONI".
INSTALLAZZJONI
Qabel tkompli bl-installazzjoni:
♦ B'attenzjoni oħroġ it-tagħmir minn ġol-pakkett u ċċekkja biex tara
li ma fihx ħsara. Fil-każ ta' kwalunkwe ħsara, avża lill-manifattur.
♦ Iċċekkja
l-kompatibilità
(Direttiva 99/92/KE).
♦ Iċċekkja li t-temperatura massima tal-likwidu li jkun għaddej minn ġol-
livell ma taqbiżx it-temperatura massima tal-wiċċ tal-klassi ta'
temperatura T1 sa T6 fiż-żona fejn it-tagħmir ikun installat u l-limiti
rakkomandati mill-manifattur (ara l-katalgi disponibbli fuq is-sit
tagħna tal-Internet fuq www.geoilandgas.com/valves).
♦ Iċċekkja li t-temperatura ambjentali massima qatt ma taqbeż it-
temperatura ambjentali massima permessa indikata fuq it-tikketta tal-
manifattur ta' kull strument immuntat fuq il-livell. mingħajr ma qatt
taqbeż +74°C.
♦ Għal kundizzjonijiet speċifiċi ta' użu, l-utent għandu jikkonsulta wkoll il-
Manwal tal-Istruzzjonijiet ATEX (GEA19100) relatat mar-ras tal-
istrument tal-livell diġitali.
♦ Iċċekkja li t-temperatura ambjentali minima qatt ma tkun taħt il- -50°C.
♦ Kun konformi mal-istruzzjonijiet dwar l-insulazzjoni tas-sħana
rakkomandati mill-manifattur.
Istruzzjoni għall-installazzjoni, l-istartjar, l-użu
u l-manutenzjoni ta' Masoneilan* 12000 Livelli serje
installati f'atmosferi potenzjalment splussivi.
IMMARKAR
tat-tagħmir
maż-żona
tal-installazzjoni
Wettaq il-konnessjonijiet pnewmatiċi u elettriċi tal-istrumenti wara li
tiċċekkja li l-kundizzjonjiet lokali jippermettu li jsir dan. L-istruzzjonijiet
kollha meħtieġa għall-installazzjoni korretta u sigura tal-istrumenti huma
disponibbli fl-istruzzjonijiet ATEX speċifiċi mehmużin mal-istrument. Tista'
wkoll tikseb aċċess għal dawn l-istruzzjonijiet fuq is-sit tagħna tal-Internet
www.geoilandgas.com/valves.
B'mod partikulari:
♦ Aċċerta ruħek li l-installazzjoni tkun konformi mar-regolamenti
u l-istandards applikabbli, u osserva l-parametri tas-sigurtà tal-
istrumenti.
♦ Ikkonnettja l-livell u l-istrumenti elettriċi mal-ground.
♦ Irrispetta l-polaritajiet tal-konnessjoni elettrika.
♦ Uża cable entries li jkunu konformi mar-regolament ATEX u li huma
adattati għaż-żona u l-mod ta' protezzjoni tal-istrument.
Qabel ma tpoġġi l-livell fis-servizz, iċċekkja li l-appliances kollha jkunu
mqabbdin b'mod korrett u li l-għotjien tas-sigurtà u l-viti jkunu f'posthom.
Uża
l-livell
fil-limiti
tat-temperatura
(ara l-paragrafu dwar l-installazzjoni).
♦ Tużax il-livell għal kwalunkwe applikazzjoni ħlief dik speċifikata
inizjalment.
♦ Iċċekkja b'mod regolari li ma jkunx hemm tnixxija b'mod partikulari
mill-gasket.
♦ Irrispetta l-istruzzjonijiet għall-użu tat-tagħmir elettriku.
♦ Evita kwalunkwe impatt fuq l-aluminium alloy housing (estensjoni,
kejsing doppju 12800).
♦ Togħrokx l-għotjien tal-plastik tal-istrument; dan jista' jikkawża riskju
ta' ħruġ elettrostatiku li jista' jwassal għal splużjoni.
♦ Żgura li l-fluwidu ma jkunx qed iġorr frak li x'aktarx se joħolqu xi xrara
jekk l-intern tal-livell jista' jiġi kkunsidrat bħala żona ATEX.
MANUTENZJONI
Qabel
ma
twettaq
xogħol
l-kundizzjonijiet lokali jkunu adattati għall-operazzjonijiet: Kun żgur li jkun
hemm tagħmir adattat tal-protezzjoni u tas-sigurtà disponibbli, billi
tikkunsidra n-natura tal-operazzjonijiet u ż-żona fejn ikunu se jitwettqu.
♦ Wettaq
l-operazzjonijiet
istruzzjonijiet speċifiċi għall-prodott ikkonċernat.
♦ Uża biss spare parts ġenwini, li huma pprovduti mill-manifattur.
♦ Neħħi depożiti ta' trab li jista' jieħu n-nar li jistgħu jiffurmaw fuq
kwalunkwe wiċċ espost.
♦ Sabiex tevita l-produzzjoni ta' xrar minħabba ħruġ elettrostatiku, huwa
rakkomandat
li
ssegwi
EN TR50404. Pereżempju, l-utent jipproċedi għat-tindif tal-apparat, u
b'mod partikolari t-tikketta tal-plastik, permezz ta' biċċa mxarrba. Għal
raġunijiet ta' sigurtà, din l-operazzjoni tista' titwettaq biss meta l-
kundizzjonijiet lokali ma jkunux potenzjalment splussivi .
Sorveljanza ta' tagħmir f'atmosferi potenzjalment splussivi: kun
konformi mar-regolamenti fis-seħħ (Direttiva 99/92/KE).
GEA32346A-MT
(ta' qabel 186034)
03/2016 - Maltese
STARTJAR
UŻU
rakkomandati
mill-manifattur
ta'
manutenzjoni,
agħmel
tal-manutenzjoni
b'konformità
l-istruzzjonijiet
tal-Kodiċi
*Jindika trademark ta' General Electric Company.
ċert
li
mal-
tal-Prattika

Hide quick links:

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents