Siemens SIMATIC HMI Operating Instructions Manual page 62

Key panels
Hide thumbs Also See for SIMATIC HMI:
Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 118
Tindif
Naddaf l-apparati meta jkunu mitfijin biss.
Naddaf il-parti ta' quddiem tal-apparat b'ċarruta niedja. Uża likwidu għall-ħasil tal-platti jew aġent għat-tindif tal-iskrin bir-
ragħwa.
Osserva l-informazzjoni dwar ir-reżistenza kimika (https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/39718396) u l-
informazzjoni supplimentari fl-istruzzjonijiet tat-tħaddim.
Manutenzjoni u tiswija
Il-prodott ma jeħtieġx manutenzjoni. It-tiswijiet tal-prodott jistgħu jsiru biss mill-manifattur. Osserva l-informazzjoni fl-
istruzzjonijiet tat-tħaddim.
Riċiklaġġ u rimi
Biex tarmi l-apparat antik tiegħek, ikkuntattja kumpanija ċċertifikata li toffri servizz ta' ġbir ta' skart elettroniku mormi għar-
riċiklaġġ ambjentalment sostenibbli. Armi l-prodott skont ir-regolamenti rispettivi ta' pajjiżek.
Aċċessorji
Għal informazzjoni dwar l-aċċessorji approvati, irreferi għall-istruzzjonijiet tat-tħaddim.
Sigurtà funzjonali
Din it-taqsima tapplika għall-Key Panels KP8F u KP32F li ma jfallux.
AVVIŻ
Periklu għan-nies u għall-ambjent
Biex tevita li jinħoloq periklu għan-nies u għall-ambjent, taħt l-ebda ċirkostanza ma tista' tqabbeż il-funzjonijiet ta' sigurtà
jew tieħu miżuri li jammontaw għal qabża tal-funzjonijiet ta' sigurtà jew jirriżultaw fiha. Il-manifattur mhux responsabbli
għall-konsegwenzi ta' tali manipulazzjoni jew għal danni jew ħsarat li jirriżultaw jekk din it-twissija tiġi injorata.
Wettaq spezzjoni tas-sigurtà għal funzjonijiet li jaffettwaw is-sigurtà fis-sistema kollha, inklużi l-komponenti kollha li
jaffettwaw is-sigurtà.
Għal Mobile Panels li ma jfallux, osserva n-noti u t-twissijiet fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim, b'mod speċjali għal:
Tqabbid/konnettjar ta' wajers
Assenjazzjoni ta' parametri
Tħaddim mingħajr falliment
Status, messaġġi ta' żball u allarmi (viżwalizzazzjoni permezz tad-dijanjostika tal-moduli)
Manutenzjoni (testijiet rikorrenti, aġġornamenti tas-softwer/tal-firmware)
Iċċekkjar għall-funzjonament kif suppost
Speċifikazzjonijiet tekniċi
Tista' ssib informazzjoni dwar il-kisba tal-klassi ta' sigurtà meħtieġa (SIL) fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim.
Iżgura li l-apparat HMI huwa kkonfigurat u parametrizzat għal tħaddim mingħajr falliment skont l-istruzzjonijiet dwar it-
tħaddim.
Wettaq testijiet tal-funzjoni għall-funzjonijiet ta' sigurtà skont il-kompitu tal-awtomazzjoni tiegħek. Dawn jistgħu jintużaw biss
fil-produzzjoni meta jkun żgurat li l-funzjonijiet li jaffettwaw is-sigurtà jaħdmu sew.
Key Panels
A5E52157863-AC, 12/2022
61

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents